Sign in

Wojtyla

Back to Events
  • Family & Kids
  • 9 March, 7PM
  • 10 March, 2PM
  • Don Bosco Oratory Theatre

St. John Paul II is the only Pope who has ever reached the shores of Gozo. Maybe this is one of the reasons why this Pope has a special place in the hearts of every gozitan, (and most probably in the hearts of the millions of people around the world who came in contact with him throughout his ministry). In fact his story inspired an original musical in maltese which will be produced for the first time in the island of Gozo.

In early March, the Don Bosco Oratory of Gozo will be producing this brand new musical in maltese called “WOJTYLA – God’s Clarion Call”, written by gozitan composer Antoine Mercieca based on lyrics by gozitan poet Joe W. Psaila. This musical is being staged by the Don Bosco Oratory of Gozo with the collaboration of Fondazzjoni Santa Ċeċilja.

“WOJTYLA – God’s Clarion Call” is being produced to commemorate the 40th anniversary since Karol Wojtyla became Pope. At the same time the musical would be also launching special celebrations on the 70th anniversary since the official opening of the Don Bosco Oratory in Victoria.

“WOJTYLA – God’s Clarion Call” is a two-hour live production of good oriġinal music, song, projections and dance entwined with a story which would make patrons remember the highlights of John Paul II’s life. The best gozitan talent will be show-cased in this musical, amongst them Jamie Camilleri who will be playing the title-role of John Paul II. Other characters will be interpreted by Maria Cassar, David Grech, Angelo Muscat, Ruth Portelli, Janelle Rapa, Antonella Rapa and Thomas Xerri, together with a 70-strong cast, including musicians, singers and dancers. The musical director is composer Antoine Mercieca whilst Saviour Cremona would be the artistic director of the show

The Ministry for Gozo is supporting this original musical in maltese by extending to this musical the scheme “Reaching for the Stars”, through which, youths between 13 and 35 years would be given the chance to obtain a subsidised entrance ticket for the show.

The opening night of “WOJTYLA – God’s Clarion Call”will be on Saturday 9th March at 7.30pm, with a repeat performance on Sunday 10th March at 2.30pm (matinee show). Booking is now open. Tickets for “WOJTYLA – God’s Clarion Call”can be obtained from the Don Bosco Oratory of Gozo every day between 5.00pm and 7.00pm, or else by phoning on 21556616 or 99487751. Booking by e-mail on [email protected] is also accepted.


San Ġwanni Pawlu II huwa l-uniku Papa li qatt rifes il-gżira t’Għawdex. Mhux ta’ b’xejn li għandu post speċjali fil-qalb tal-għawdxin, kif fl-aħħar mill-aħħar għandu post fil-qalb ta’ ħafna u ħafna nies madwar id-dinja, speċjalment dawk li xi darba jew oħra ġew f’kuntatt miegħu. Filfatt il-ġrajja tiegħu ispirat musical oriġinali bil-malti li se jittella’ għall-ewwel darba f’Għawdex stess.

Fil-bidu ta’ Marzu, l-Oratorju Don Bosco t’Għawdex, se jtella’ spettaklu mużikali ġdid u oriġinali bl-isem ta’ “WOJTYLA – L-Għajta t’Alla”, xogħol il-kompożitur għawdxi Antoine Mercieca fuq lirika ta’ Joe W. Psaila. Dan il-musical qed isir b’kollaborazzjoni bejn l-Oratorju Don Bosco u l-Fondazzjoni Santa Ċeċilja.

WOJTYLA – L-Għajta t’Alla” qiegħed jittella’ biex ifakkar għeluq l-40 sena minn meta Karol Wojtyla kien sar Papa, u fl-istess waqt se jkun qed jagħti bidu għal ċelebrazzjonijiet ta’ tifkira fis-70 anniversarju minn meta kien infetaħ l-Ortatorju Don Bosco fi Pjazza Santu Wistin, Victoria.

WOJTYLA – L-Għajta t’Alla” hu spettaklu live bil-malti ta’ madwar sagħtejn b’mużika mill-isbaħ, melodiji tal-widna, u żfin; fuq kollox bi storja li tfakkar lill-udjenza bil-mumenti ewlenin mill-ħajja ta’ dan il-qaddis Papa kbir. Fil-musical se jieħdu sehem uħud fost l-aqwa talent Għawdxi tal-mument, fosthom Jamie Camilleri li se jinterpreta l-parti tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Karattri oħra se jkunu interpretatai minn Maria Cassar, David Grech, Angelo Muscat, Ruth Portelli, Janelle Rapa, Antonella Rapa u Thomas Xerri, flimkien ma’ kast ta’ madwar sebgħin persuna, inkluż mużiċisti, kantanti u żeffiena. Id-direzzjoni mużikali se tkun f’idejn il-kompożitur stess Antoine Mercieca, waqt li d-direzzjoni artistika hija f’idejn Salvu Cremona.

Il-Ministeru għal Għawdex qed juri s-sapport tiegħu għal dan il-musical oriġinali bil-malti billi jestendi l-iskema “Reaching for the Stars” għal dan il-musical għawdxi. Permezz ta’ din l-iskema, zgħazagħ bejn it-13 u l-35 sena li jixtiequ jattendu, se jkunu jistgħu jiksbu sussidju fuq il-biljett tad-dħul għall-musical.

WOJTYLA – L-Għajta t’Alla” se jsir nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu fis-7.30pm b’ripetizzjoni l-għada l-Ħadd fis-2.30pm. Il-biljetti għal dan l-ispettaklu mużikali jistgħu jinkisbu mill-Oratorju Don Bosco t’Għawdex kuljum bejn il-5.00pm u s-7.00pm, jew inkella billi wieħed iċempel fuq in-numri 21556616 jew 99487751. Il-booking jista’ jsir ukoll permezz tal-indirizz elettroniku [email protected]

OPEN IN GOOGLEMAPS
Font Resize
Contrast
Copy link
Powered by Social Snap