DON BOSCO GRAND CONCERT 2020 by the Gozo Youth Wind Band

Venue: Oratory Don Bosco Theatre Tel: N/A Email: [email protected]

  • Print
  • Share
  • Add to My Gozo
  • Sun, 2nd Feb 2020 at 7:00pm to 9:00pm

Il-‘Gozo Youth Wind Band’ fi ħdan il-‘Gozo Youth Wind Band & Orchestra’ għal darb’oħra qed tħejji biex tippreżenta l-Kunċert Annwali tagħha, id-“Don Bosco Grand Concert 2020”. Bħal dejjem din l-orkestra qed tagħmel ħilitha biex tintroduċi arranġamenti mużikali ġodda fix-xena lokali waqt li tipprovdi serata varjata li tinżel tajjeb ma’ kulħadd. Bħas-soltu dan il-Kunċert jiġi fi tmiemu bl-Innu lil dan il-qaddis taż-żgħażagħ San Gwann Bosco.

Bħal fil-każ tal-‘Youth Orchestra’, ‘The Gozo Youth Wind Band’ hi magħmula minn madwar ħamsin mużiċist Għawdxi li wara li jkunu temmew b’suċċess l-istudji tagħhom mużikali kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, jiltaqgħu flimkien regularment biex ikunu f’qagħda li jippreżenatw diversi kunċerti matul is-sena. Din hija t-tmintax-il sena li dawn iż-żewġ ensembles twieldu u qatt ma waqfu jiddevertu lill-pubbliku taħt id-direzzjoni tal-Fundatur tagħhom Mro Dr Joseph Grech. Ta’ min ifakkar illi l-‘Gozo Youth Orchestra’ se tkun qed tippreżenta l-programm mużikali Not Just….The Wall is-Sibt 29 ta’ Frar 2020 fl-MCC Theatre il-Belt Valletta kif ukoll għat-tlettax-il sena konsekuttiva Opera vs Pop Under the Stars nhar it-Tnejn 3 ta’ Awwissu 2020 kif ukoll is-sitt Edizzjoni tal-ispettaklu mużikali Stage and Proms on the Sea nhar it-Tnejn 14 ta’ Settembru 2020. Fil-21 ta’ Novembru 2020 se tippreżenta wkoll kunċert Rock Orkestrali ġdid fuq il-palk tat-Tejatru tal-Opra Aurora kif ukoll iktar tard it-tielet edizzjoni tas-show Christmas Rocks the Astra matul Diċembru jekk Alla jrid!

Intant ‘The Don Bosco Grand Concert 2020’ se jsir nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar fuq il-palk tal-Oratorju Don Bosco Victoria. Id-dħul huwa b’xejn u l-‘Gozo Youth Wind Band’ mill-ġdid se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr Joseph Grech. Għall-iktar tagħrif tistgħu tikkunttjaw lil: [email protected]

_________

The Gozo Youth Wind Band within the Gozo Youth Wind Band & Orchestra is currently during its last preparations to present yet again its annual concert, the Don Bosco Grand Concert 2020. As in previous years, the Gozo Youth Wind Band strives to introduce new arrangements in the local musical scene while keeping an eye to make the evening varied and appealing to the general public young and old. The concert comes to an end with the Don Bosco Hymn.
As the case of The Youth Orchestra, The Gozo Youth Wind Band consists mainly of 50 Gozitan Youths who after having pursued their musical studies both in Gozo and Malta on an individual basis, meet regularly in group to prepare an exciting and varied repertoire to be performed later on in concerts throughout the year. In fact this is the 18th year since the inception of these two ensembles, namely, The Gozo Youth Orchestra and the Gozo Youth Wind Band. It is worth mentioning that the Gozo Youth Orchestra will be presenting “Not Just … The Wall” on February 29th, 2020 at MCC Theatre, Valletta, Malta and for the 13th year running- Opera vs Pop Under the Stars, Monday 3rd August 2020 as also the 6th Edition of Stage and Proms on the Sea, Monday 14th September 2020. A new rock-orchestral concert will be held on the 21st November at the Aurora Theatre as well as the 3rd Edition of Christmas Rocks the Astra in December.
The Don Bosco Grand Concert will be held Sunday 2nd February 2020 at 7.00 p.m. at the Oratory Don Bosco Theatre, Victoria, Gozo. The Gozo Youth Wind Band will be under the direction of Founder and Music Director Mro Dr. Joseph Grech. Entrance is Free and patrons are requested to be seated 15 minutes before.

E-mail: [email protected]