Sign in

Bethlehem F’Ghajnsielem

Back to Events
  • Family & Kids
  • 13 December, 3PM till 8:00PM
  • 14 December, 4PM till 8:00PM
  • 15 December, 2PM till 7:30PM
  • 18 December, 9AM till 12:30PM
  • 21 December, 4PM till 8:00PM
  • 22 December, 2PM till 7:30PM
  • 25 December, 3PM till 8:30PM
  • 26 December, 4PM till 7:30PM
  • 28 December, 4PM till 8:00PM
  • 29 December, 2PM till 7:30PM
  • 1 January, 3PM till 8:00PM
  • 1 January, 3PM till 8:00PM
  • 5 January, 2PM till 8:00PM
  • Ta' Passi Fields

Bethlehem f’Għajnsielem se jkompli jilqa’ eluf ta’ viżitaturi biex iġeddu l-esperjenza tat-twelid ta’ Ġesù hekk kif din l-avveniment jidħol fil-11-il edizzjoni tiegħu. Dan il-presepju ħaj hu mifrux fuq medda art ta’ 20,000
metru kwadru fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Passi. Bħas-snin l-imgħoddija dan il-presepju ħaj se jkun qed joffri taħlita ta’ tradizzjonijiet u snajja’ lokali flimkien ma’ dak kollu li ġeneralment nassoċjawh mal-presepju tradizzjonali Malti. L-attrazzjonijiet prinċipali f’dan il-villaġġ tan-Natività jinkludu l-furnar, il-mastrudaxxa, il-ħaddied,
id-dverna, il-kamra tal-fwejjaħ, suq tal-ħxejjex u tal-artiġġjanat, ilqiegħa u d-diversi għelieqi bir-rgħajja u l-annimali. Wieħed jista’ jaqsam minn pont u jitla’ fuq dgħajsa li se tkun mixja tul din ix-xmara li hemm ħdejn ix-xatt tas-sajjieda, jew jipprova hands-on uħud millinġenji li kienu jużaw missirijietna fil-biedja. Il-familji jistgħu jgawdu x-xenarju sabiħ tal-kampanja Għawdxija waqt li jduqu ftit mill-ikel, xorb u ħelu tradizzjonali. Se jkun hemm spazju għas-suldati Rumani ġewwa arena mibnija apposta. Ċertament li l-grotta ta’ Ġesù Bambin tibqa’ l-qofol ta’ Bethlehem f’Għajnsielem. F’dan il-villaġġ jieħdu sehem diversi atturi u matul il-ħin tal-animazzjoni se jkun hemm bosta attivitajiet fosthom reenactments mill-istorja tan- Natività, rakkonti, kant tal-Milied u daqq tradizzjonali. Bethlehem f’Għajnsielem ikun animat kull nhar ta’ Sibt, Ħadd u Festi Pubbliċi bilqofol tiegħu jkun nhar il-Ħadd, 5 ta’ Jannar bil-Miġja tas-Slaten Maġi.

Għal aktar informazzjoni żuru www.ghajnsielem.com/bethlehem.

The 11th edition of the greatest story ever told – the tale of theNativity where one can experience a live crib spread over 20,000 square metres of land in the area known as Ta’ Passi. Bethlehem f’Għajnsielem has always managed to offer all the ingredients for a memorable experience where the Maltese folklore and traditions are intertwined with the Maltese crib. Throughout these years, the event has managed to attract international attention as a top 10 worldwide Christmas destinations. Once again, the main attractions include the carpenter and blacksmith’s dwellings, the bakery, an open-air market selling seasonal fruits, fish and a wide selection of vegetables, a local crafts area promoting traditional skills and folklore, a tavern, a farmhouse with panoramic roof, the room of scents and the Bethlehem Inn. One can also embark on a Maltese boat across the river. The Castrum Romanum will again host the Roman Garrison who will also be patrolling the streets of Bethlehem collecting taxes and taking the census as decreed by the Emperor of Rome. Several other reenactments and live events will also be taking place during the
hours of animation. Children will have the opportunity to try several hands-on tools while families can enjoy the unique surroundings of the Maltese countryside or try some local savouries. Finally, the last stop and the highlight of this journey is the Grotto where a poor unknown couple is tending their newly-born Baby Jesus with a donkey and a cow close by.
For more information please visit www.ghajnsielem.com/bethlehem

Opening days & hours:

Friday, 13th December 3:00pm – 8:00pm
Saturday, 14th December 4:30am – 8:00pm
Sunday, 15th December 2:30pm – 7:30pm
Wednesday, 18th December 9:30am – 12:30pm*
Saturday, 21st December 4:30pm – 8:00pm
Sunday, 22nd December 2:30pm – 7:30pm
Wednesday, 25th December 3:30pm – 8:30pm
Thursday, 26th December 4:30pm – 7:30pm
Saturday, 28th December 4:30pm – 8:00pm
Sunday, 29th December 2:30pm – 7:30pm
Wednesday, 1st January 3:30pm – 8:00pm
Sunday, 5th January 2:00pm – 8:00pm**

*Animated by Ghajnsielem Primary School Children

** Adoration of the Magi & Closing Ceremony

OPEN IN GOOGLEMAPS
Font Resize
Contrast
Copy link
Powered by Social Snap